Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2021 – IR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-685/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: IR (rappreżentanti: S. Pappas u A. Pappas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Diċembru 2020 li permezz tagħha l-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell irrifjuta t-tiġdid tal-iskema ta’ marda gravi għat-tifel tar-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Lulju 2021 li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment tar-rikorrent ippreżentat skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjonijiet kontenzjużi huma bbażati llegalment fuq it-tieni opinjoni tal-uffiċjal mediku.

It-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet kontenzjużi.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjonijiet kontenzjużi huma, skont ir-rikorrent, ivvizzjati bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u bi żnaturament tal-fatti.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u tad-dritt għal smigħ.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjonijiet kontenzjużi huma bbażati llegalment fuq opinjoni tal-uffiċjal mediku.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-proċedura prekontenzjuża.

____________