Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2021 – LW vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-728/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: LW (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tmexxi lir-rikorrent fl-istess diviżjoni għal pożizzjoni differenti;

flimkien ma’, u sa fejn neċessarju, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-konvenuta li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid;

tordna l-kumpens għad-dannu morali tar-rikorrent u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid affettwat l-interessi legali tar-rikorrent.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid ma ttiħditx mill-Awtorità tal-Ħatra kompetenti.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid u d-deċiżjoni kkontestata ttieħdu bi ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid u d-deċiżjoni kkontestata jiksru l-prinċipju tad-dmir ta’ diliġenza.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid u d-deċiżjoni kkontestata kisru d-dmir ta’ motivazzjoni.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interessi tivvizzja d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid u d-deċiżjoni kkontestata.

____________