Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2021 – Rooken et vs Il-Parlament

(Kawża T-723/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Robert Jan Rooken (Muiderberg, il-Pajjiżi l-Baxxi) u tmien rikorrenti oħra (rappreżentanti: P. de Bandt, M. Gherghinaru u L. Panepinto, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna l-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Ottubru 2021 dwar regoli eċċezzjonali fil-qasam tas-saħħa u ta’ sigurtà li jirregolaw l-aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew fuq it-tliet postijiet ta’ xogħol tiegħu;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tal-ispejjeż kollha, inkluż dawk relatati mar-rikors intiż għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-710/21, Roos et vs Il-Parlament.

____________