Language of document : ECLI:EU:T:2021:910


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2021 – McCord vs Il-Kummissjoni

(Kawża T161/21 u T161/21 AJ I)

“Rikors għal annullament – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni li jissuġġetta l-esportazzjoni barra mill-Unjoni ta’ ċerti prodotti għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni – Proposta tal-Kummissjoni li tissuġġetta l-esportazzjoni ta’ vaċċini kontra l-COVID‑19 lejn l-Irlanda ta’ Fuq għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika – Assenza ta’ politika ppubblikata taċ-ċirkustanzi li fihom l-Unjoni timplimenta l-Artikolu 16 tal-imsemmi protokoll – Inammissibbiltà manifesta parzjali – Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti preparatorji – Esklużjoni – Abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni li jissuġġetta l-esportazzjoni barra mill-Unjoni ta’ ċerti prodotti għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni – Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE; Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq

(ara l-punti 21 sa 32)

2.      Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Obbligu li tittieħed azzjoni li jaqa’ fuq il-Kummissjoni – Obbligu li tiġi adottata u ppubblikata politika dwar iċ-ċirkustanzi tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq – Assenza

(Artikolu 265 TFUE; Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq

(ara l-punti 38 sa 44)

3.      Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Ordni indirizzata lil istituzzjoni – Inammissibbiltà

(Artikolu 265 TFUE)

(ara l-punt 46)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta Jannar 2021 intiż b’mod partikolari sabiex jissuġġetta l-esportazzjoni ta’ vaċċini kontra l-COVID‑19 lejn l-Irlanda ta’ Fuq għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 2020, L 29, p. 7), u tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tippubblikax politika taċ-ċirkustanzi li fihom hija timplimenta l-Artikolu 16 tal-imsemmi protokoll u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset b’mod illegali milli tadotta u tippubblika tali politika.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli u manifestament infondat fid-dritt.

2)

It-talba għall-għajnuna legali hija miċħuda.

3)

Raymond Irvine McCord huwa kkundannat għall-ispejjeż.