Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Novembru 2011 - McNeil v UASI - Alkalon (NICORONO)

(Kawża T-580/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: McNeil AB (Helsingborg, l-Isvezja) (rappreżentant: I. Starr, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alkalon ApS (Copenhagen V, Danimarka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta' Awwissu 2011, fil-Każ R 1582/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjez tal-proċeduri sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark "NICORONO", għal prodotti fil-klassijiet 5, 10 u 30 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6654529

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 2190239 tat-trade mark verbali "NICORETTE", għal prodotti fil-klassijiet 5, 10 u 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 75, 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jattribwixxi piż suffiċjenti fl-evalwazzjoni ġenerali lill-: (i) identiċità tal-prodotti kkonċernati u l-fatt li din tikkumpensa għall-livell inferjuri ta' xebh bejn it-trade marks li għandhom jitqabblu; (ii) il-fatt li l-konsumaturi normalment jipperċepixxu t-trade marks b'mod globali u jiddedikaw attenzjoni partikolari lill-bidu ta' trade mark; u (iii) il-fatt li t-trade mark tar-rikorrenti "NICORETTE" għandha karattru distintiv imsaħħaħ u reputazzjoni estensiva minħabba użu sinjifikattiv.

____________