Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013 - Solar-Fabrik vs UASI (Premium XL u Premium L)

(Kawżi T-582/11 u T-583/11) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali Premium XL u Premium L - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Solar-Fabrik AG für Produktion und Vertrieb von solartechnischen Produkten (Freiburg im Breisgau, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta' Settembru 2011 (Każ R 245/2011-1 u Każ R 246/2011-1) li jikkonċernaw applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Premium XL u tas-sinjal verbali Premium L rispettivament bħala trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

Il-Kawżi T-582/11 u T-583/11 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Solar-Fabrik AG für Produktion und Vertrieb von solartechnischen Produkten hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 25, 28.01.2012.