Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Frar 2013 - Esge vs UASI - De'Longhi Benelux (KMIX)
(Kawża T-444/10)
["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KMIX - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BAMIX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Esge AG (Bussnang, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Klink, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: De'Longhi Benelux SA, li kienet Kenwood Appliances Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Strickland, solicitor, u L. St Ville, barrister)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta' Lulju 2010 (Każ R 1249/2009-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Esge AG u Kenwood Appliances Luxembourg SA.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Esge AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 317, 20.11.2010.