Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-347/09) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Trasferiment b’xejn ta’ ċerti żoni tal-patrimonju naturali nazzjonali – Miżuri intiżi għall-għajnuna finanzjarja ta’ proġetti kbar tal-ħarsien tal-ambjent – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuniet kompatibbli mas-suq komuni – Kunċett ta’ impriża – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment M. Lumma u B. Klein, sussegwentement A. Wiedmann u T. Henze, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment K. Gross, sussegwentement F. Erlbacher, A. Stobiecka-Kuik u P. Loewenthal, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti); Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment C. Wissels, Y. de Vries u M. de Ree, sussegwentement C. Wissels, M. de Ree, J. Langer u M. Noort, aġenti); u Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5080 finali, tat-2 ta’ Lulju 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat NN 8/2009 mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u li tikkonċerna s-sistema ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonsisti, minn naħa, fit-trasferiment b’xejn ta’ ċerti żoni tal-patrimonju naturali nazzjonali u, min-naħa l-oħra, f’miżuri intiżi għall-għajnuna finanzjarja ta’ proġetti kbar tal-ħarsien tal-ambjent (ĠU C 230, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 267, 07.11.2009.