Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2008 - Il-Portugall vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-378/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes u J. de Oliveira, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

prinċipalment, tannulla l-att ta' talba għal ħlas tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ Suq Intern u Servizzi, permezz tal-ittra MARKT/C2/PMS/bmgD(2008) 13692, tal-15 ta' Lulju 2008, intitolata "talba għall-ħlas tal-multa obbligatorja dovuta mir-Repubblika Portugiża bis-saħħa tas-sentenza C-70/06, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Portugiża";

sussidjarjament, tannulla l-istess att, fil-parti fejn l-effetti tagħha jmorru lil hinn mid-29 ta' Jannar 2008;

tikkundanna lill-Kummisjoni Ewropea għall-ispejjeż jew, fil-każ fejn il-Qorti tal-Prim'Istanza tnaqqas l-ammont tal-multa, tikkundanna lil kull parti għall-ispejjeż tagħhom stess.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Portugiża tallega li hija implementat f'kollox is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz tal-Liġi 67/2007, li ħassret espliċitament id-Digriet Liġi Nru 48051.

Ir-Repubblika Portugiża tallega wkoll li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ Suq Intern u Servizzi ma kellux kompetenza jadotta l-att ikkontestat, li ma żgurax id-drittijiet tad-difiża tar-Repubblika Portugiża, li kien nieqes mill-fondatezza u li ġie adottat bi ksur ta' rekwiżiti proċedurali essenzjali.

____________