Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Diċembru 2009 - Il-Kummissjoni vs Birkhoff

(Kawża T-377/08 P) 1

"Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni kontra l-mard - Rimbors tal-ispejjeż mediċi - Annullament fl-ewwel istanza tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni minn qabel għar-rimbors tal-ispejjeż għall-akkwist ta' siġġu bir-roti - Żnaturament ta' prova"

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Appellat: Gerhard Birkhoff (Weitnau, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Inzillo, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-8 ta' Lulju 2008, mogħtija fil-Kawża Birkhoff vs Il-Kummissjoni (F-76/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-8 ta' Lulju 2008, Birkhoff vs Il-Kummissjoni (F-76/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.

Id-deċiżjoni tal-kamra tal-ikklerjar tat-8 ta' Novembru 2006 hija annullata.

G. Birkhoff u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż relatati ma' dawn il-proċeduri.

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż kollha relatati mal-proċeduri fl-ewwel istanza.

____________

1 - ĠU C 327, 20.12.2008