Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' April 2007 - Fratex Indústria e Comércio vs L-UASI - USA Track & Field (TRACK & FIELD USA)

(Kawża T-103/07)

Lingwa tar-rikors: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Fratex Indústria e Comércio, Lda. (San Paolo, Brażil) (rappreżentant: B. Braga da Cruz, advogado)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : USA Track & Field, Inc

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-18 ta' Jannar 2007 (proċediment Nru. R. 1061/2005-4):

konsegwentement, tordna lill-UASI jirrifjuta li jirreġistra t-trade mark Komunitarja Nru 168088, għal prodotti fil-klassi 25:

tikkundanna l-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark komunitarja: USA Track & Field, Inc

Trade mark Komunitarja li intalbet ir-reġistrazzjoni tagħha : trade mark imħallta USA TRACK & FIELD

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: TRACK & FIELD

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: rikors imressaq mill-USA Track & Field, Inc milqugħ

Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8 (1)(b) tar-Regolament Nru 40/941, peress li hemm probabbiltà ta' konfużjoni għall-konsumaturi, minħabba l-eventwali koeżistenza fis-suq ta' trade marks konfliġġenti, minħabba l-koinċidenza ta' l-espressjoni TRACK & FIELD. Fil-fatt, il-prodotti ddisinjati mit-trade marks kontroversi huma identiċi u, għalkemm m'hemmx probabbiltà ta' konfużjoni fil-versu sens tal-kelma, hemm dejjem probabbiltà ta' assoċjazzjoni, li hija inkluża fil-probabbiltà ta' konfużjoni, skond l-Artikolu 8(1)(b), finali, ta' l-istess Regolament.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 1, p.1)