Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2024 – DG vs Europol u Eurojust
(Kawża T-167/24)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: DG (rappreżentant: J. Reisinger, avocat)
Konvenuti: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
konformement mal-Artikolu 268 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 340 tiegħu, tagħti l-kumpens fl-ammont ta’ EUR 15 000 għad-dannu mġarrab minħabba l-Ftehim dwar l-Istabbiliment ta’ Skwadra ta’ Investigazzjoni Konġunta Belġju-Franza-Pajjiżi l-Baxxi, iffirmat fit-13 ta’ Diċembru 2019 u tal-atti tal-Europol u Eurojust relatati miegħu;
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu kontra l-atti ta’ Europol u Eurojust fil-kuntest tal-operazzjoni “Sky ECC”, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li essenzjalment jikkorrispondi għal dawk imressqa fil-kawża BW vs Europol u Eurojust, T-1180/23 1 .
____________
1 ĠU, C/2024/2046, 18.3.2024.