Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Novembru 2012 - Refrigue-confecções para o frio vs UASI - Fronsac SW u Sixty International (Refrigue for cold)

(Kawża T-511/12)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Refrigue-confecções para o frio, Lda (Pinhal Novo, il-Portugall) (rappreżentanti : C. Bacchini u M. Mazzitelli, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fronsac SW u Sixty International SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta' Awwissu 2012 fil-Każ R 2353/2010-2, fil-parti fejn huwa laqa' l-oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni Refrigue for Cold għall-prodotti kollha kkontestati fil-klassijiet 18 u 25;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali "Refrigue for cold", għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 486 725

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Fronsac SW u Sixty International SA

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi li jinkludu l-element verbali "RefrigiWear" u t-trade mark nazzjonali figurattiva li tinkludi l-elementi verbali "This RefrigiWear", għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda parzjalment

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009

Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009

____________