Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013 - Slovenja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-507/12 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha mill-benefiċjarju- Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Repubblika ta' Slovenja (rappreżentanti: V. Klemenc u A. Grum, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, D. Kukovec u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 6345 finali tad-19 ta' Settembru 2012, dwar miżuri meħuda favur l-impriża Elan d.o.o. [(SA.26379 (C 13/2010) (ex NN 17/2010)].

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________