Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Mejju 2010 - Boliden et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-19/05) 1

"Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ksur kontinwu u f'diversi forom - Multi - Preskrizzjoni - Kooperazzjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boliden AB (Stockholm, l-Isvezja); Outokumpu Copper Fabrication AB, preċedentement Boliden Fabrication AB (Västerås, l-Isvezja); u Outokumpu Copper BCZ SA, preċedentement Boliden Cuivre & Zinc SA (Liège, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment C. Wetter u O. Rislund, sussegwentment C. Wetter u M. Johansson, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tal-Artikolu 1(a) sa (c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 2826, tat-3 ta' Settembre 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 - Pajpijiet tar-ram għall-plumbing), inkwantu tikkonstata illi r-rikorrenti pparteċipaw fi ksur bejn l-1 ta' Lulju 1995 u s-27 ta' Awwissu 1998, kif ukoll bejn l-10 ta' Diċembru 1998 u s-7 ta' Ottubru 1999, fit-tieni lok, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta b'din id-deċiżjoni fuq ir-rikorrenti, u fit-tielet lok kontrotalba tal-Kummissjoni għal żieda tal-imsemmi ammont.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-kontrotalba magħmula mill-Kummissjoni hija miċħuda.

Boliden AB, Outokumpu Copper Fabrication AB u Outokumpu Copper BCZ SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u 90 % tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 82, 02.04.2005.