Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2024 – EveMotion vs EUIPO – Wmk Trading (Paviljuni)

(Kawża T-54/24)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: EveMotion GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Dahle, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wmk Trading GmbH (Altenberge, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Paviljuni – disinn tal-Unjoni Nru 5 490 596-0003

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 436/2023-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.

____________