Language of document : ECLI:EU:T:2016:92





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Frar 2016 – Pirelli Tyre vs UASI (Treads ta’ tajers et)

(Kawżi magħquda T‑279/15 sa T‑282/15)

“Disinn Komunitarju – Disinni Komunitarji li jirrappreżentaw treads ta’ tajers u kisi pnewmatiku għal roti ta’ vetturi – Assenza ta’ applikazzjoni għal tiġdid u kanċellazzjoni tad-disinn mal-iskadenza tar-reġistrazzjoni – Applikazzjoni għal restitutio in integrum u applikazzjoni għat-tiġdid tad-disinn”

1.                     Disinni Komunitarji – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 61(1)) (ara l-punt 11)

2.                     Disinni Komunitarji – Dispożizzjonijiet proċedurali – Restitutio in integrum – Kundizzjonijiet – Viġilanza mitluba miċ-ċirkustanzi – Delega tad-dmirijiet amministrattivi dwar it-tiġdid ta’ disinn (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 67(1)) (ara l-punti 15, 17, 18, 20)

Suġġett

Erba’ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet mogħtija mit-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Jannar 2015 (Każijiet R 1285/2014‑3 u R 1286/2014‑3) u tal-11 ta’ Frar 2015 (Każijiet R 1287/2014‑3 u R 1288/2014‑3), dwar l-applikazzjonijiet għal restitutio in integrum.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Pirelli Tyre SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.