Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Novembru 2011 - Gitana vs UASI - Rosenruist (GITANA)

(Kawża T-569/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gitana SA (Pregny-Chambésy, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Benech, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Rosenruist - Gestão e serviços, Lda (Funchal, Madeira)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) R 1825/2007-1, tal-4 ta' Awwissu 2011, u tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja "GITANA" Nru 3063344 għall-prodotti fil-klassijiet 18 u 25; u

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "GITANA", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 14, 16, 18, 21, 24, 25, 34 sa 36 u 38 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3063344

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1609312 tat-trade mark figurattiva "KITANA", għal prodotti fil-klassi 25; Ir-reġistrazzjoni għal trade mark internazzjonali Nru W00555706 tat-trade mark figurattiva "KITANA", għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25; Ir-reġistrazzjoni għal trade mark Taljana Nru 531768 tat-trade mark figurattiva "KITANA", għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni parzjalment annullata u appell miċħud għall-kumplament

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkonstata b'mod żbaljat l-eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________