Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Novembru 2011 - Oetker Nahrungsmittel vs UASI (La qualité est la meilleure des recettes)

(Kawża T-570/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Graf von Stosch avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Suprem tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' Lulju 2011 fil-Każ R-1798/2010-G;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "La qualité est la meilleure des recettes" għal prodotti fil-klassijiet 16, 29, 30 u 32.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv.

____________