Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Ottubru 2011 - Kokomarina vs L-UASI - Euro Shoe Unie (interdit de me gronder I D M G)

(Kawża T-568/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kokomarina (Concarneau, Franza) (rappreżentant: C. Charrière-Bournazel, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Euro Shoe Unie NV (Beringen, il-Belġju)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli l-kumpannija Kokomarina u l-proċediment tagħha;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta' Lulju 2011, fil-Każ R 1814/2010-1;

tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-kumpannija EURO SHOE UNIE NV fir-rigward tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja " I D M G - interdit de me gronder " tal-kumpannija Kokomarina.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li fiha element verbali "interdit de me gronder I D M G" għal prodotti fil-klassi 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Euro Shoe Unie NV.

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali tal-Benelux " DMG " għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 35.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: nuqqas ta' użu tat-trade mark ikkontestata u nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni.

____________