Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta' Ottubru 2011 - Viejo Valle vs UASI - Etablissements Coquet (sett tal-kafé bi skanalaturi)

(Kawża T-566/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Viejo Valle, SA (L'Olleria, Spanja) (rappreżentanti: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Etablissements Coquet SA (Saint Léonard de Noblat, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara lil dan ir-rikors flimkien mal-annessi tiegħu bħala ammissibbli ;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta' Lulju 2011, fil-Każ R 1054/2010-3;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn irreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: disinn Nru 384.912-0001, li jirrappreżenta sett tal-pranzu b'dekorazzjoni; tazza tal-kafé bi plattina

Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: Etablissements Coquet SA

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, billi d-disinn Komunitarju jikkostitwixxi użu mhux awtorizzat ta' xogħol protett mil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur ta' Stat Membru

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 u l-Artikolu 28(1)(b)(iii) tar-Regolament Nru 2245/2002 peress li l-konvenut ma kienx iddokumenta kif xieraq ix-xogħol protett li fuqu hija bbażata t-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità, la dwar il-proprjetarju tiegħu u lanqas dwar l-għan tiegħu.

____________