Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Jannar 2013 - Kokomarina vs UASI - Euro Shoe Unie (interdit de me gronder I D M G)

(Kawża T-568/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva interdit de me gronder IDMG - Trade mark tal-Benelux verbali preċedenti DMG - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Kontestazzjoni tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti mqajma għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali"]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kokomarina (Concarneau, Franza) (rappreżentant: C. Charrière Bournazel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Euro Shoe Group (Beringen, il-Belġju) (rappreżentant: I. Vernimme, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-UASI fil-Każ R 1814/2010-1, tal-21 ta' Lulju 2011, dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Euro Shoe Unie u Kokomarina.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kokomarina hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 13, 14.01.2012.