Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-56/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: EurAA Anwälte für Arbeitnehmer Rechtsanwaltsgesellschaft mbH, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma jitħallsux kontribuzzjonijiet fir-rigward tar-rikorrent lill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni għax-xjuħija Ġermaniża jew lil dik tal-Unjoni Ewropea wara tmiem il-kuntratt tiegħu u matul il-perijodu li fih huwa kien qiegħed u talba għall-inklużjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea jew għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu lill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni għax-xjuħija Ġermaniża

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni Nru R/813/11, tal-24.02.2012, tal-awtorità kompetenti għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea,

tikkundanna lill-konvenuta tinkludi lir-rikorrent, għall-perijodu mill-01.04.2008 sal-31.08.2009, fl-iskema ta’ pensjoni tax-xjuħija tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal l-oħra tal-Komunità Ewropea u tħallas il-kontribuzzjonijiet relatati,

sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenuta tissottometti, quddiem l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni għax-xjuħija Ġermaniża, għall-perijodu mill-01.04.2008 sal-31.08.2009, talba għall-assigurazzjoni a posteriori, u tħallas il-kontribuzzjonijiet relatati stabbiliti mil-liġi,

sussidjarjament, tiddikjara li l-konvenuta għandha tħallas lir-rikorrent, b’effett minn meta l-pensjoni tiġi likwidata, danni għal kumpens minħabba tnaqqis tal-pensjoni, u b’mod proporzjonali għal dan it-tnaqqis, għall-pensjoni li kien jirċievi r-rikorrent kieku tħallsu l-kontribuzzjonijiet bir-rata stabbilita mil-liġi lill-assigurazzjoni għax-xjuħija legali matul il-perijodu mill-01.04.2008 sal-31.08.2009.