Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Rare Hositality International vs EUIPO (LONGHORN STEAKOUSE)

(Kawża T-856/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rare Hospitality International, Inc. (Orlando, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: I. Lázaro Betancor, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ‘LONGHORN STEAKHOUSE’ - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 948 682

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 2149/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.

____________