Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2017 – Fertisac vs ECHA

(Kawża T-855/16 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – REACH – Tariffa dovuta għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza – Tnaqqis mogħti lil impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju – Deċiżjoni li timponi imposta amministrattiva u tariffa supplementari – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fertisac, SL (Atarfe, Spanja) (rappreżentant: J. Gomez Rodriguez, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: E. Maurage, J. P. Trnka u M. Heikkilä, aġenti, assistiti minn C. Molyneux, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni SME (2016) 5150, tal-15 ta’ Novembru 2016, li tikkonkludi li r-rikorrenti ma setgħetx tibbenefika minn tnaqqis tat-tariffi applikabbli għall-impriżi medji, u tal-fatturi maħruġa abbażi tal-imsemmija deċiżjoni, jiġifieri l-fatturi tal-ECHA Nru 10060160 u Nru 10060161, tal-15 ta’ Novembru 2016.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________