Language of document : ECLI:EU:T:2017:155





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2017 – Fertisac vs ECHA

(Kawża T-855/16 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – REACH – Tariffa dovuta għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza – Tnaqqis mogħti lil impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju – Deċiżjoni li timponi imposta amministrattiva u tariffa supplementari – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 256 TFUE, Artikolu 278 TFUE u Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 156)

(ara l-punti 6-9, 12)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-vijabbiltà finanzjarja tal-kumpannija rikorrenti

(l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 256 TFUE, Artikolu 278 TFUE u Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 156)

(ara l-punt 13)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijeit konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentarji fid-dettall

(l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 256 TFUE, Artikolu 278 TFUE u Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 156)

(ara l-punti 14, 15)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni SME (2016) 5150, tal-15 ta’ Novembru 2016, li tikkonkludi li r-rikorrenti ma setgħetx tibbenefika minn tnaqqis tat-tariffi applikabbli għall-impriżi medji, u tal-fatturi maħruġa abbażi tal-imsemmija deċiżjoni, jiġifieri l-fatturi tal-ECHA Nru 10060160 u Nru 10060161, tal-15 ta’ Novembru 2016.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.