Language of document : ECLI:EU:T:2017:412


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2017 –
Rare Hospitality International vs EUIPO (LONGHORN STEAKHOUSE)

(Kawża T856/16)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea LONGHORN STEAKHOUSE – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ugwaljanza fit-trattament u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 22, 45)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 23, 24, 30)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett – Neoloġiżmu kompost minn elementi li jiddeskrivu karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati – Inklużjoni fl-assenza ta’ natura mhux komuni tal-kombinazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punt 25)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark verbali LONGHORN STEAKHOUSE

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 31-33, 40-43)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

(ara l-punti 52-57)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-12 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2149/2015‑5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali LONGHORN STEAKHOUSE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rare Hospitality International, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.