Language of document : ECLI:EU:T:2017:754





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Erdinger Weißbräu Werner Brombach vs EUIPO (Forma ta’ tazza kbira)

(Kawża T-857/16)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea – Trade mark tridimensjonali – Forma ta’ tazza kbira – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark tridimensjonali kkostitwita mill-forma tal-prodott – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punti 18-21)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks tridimensjonali li huma kkostitwiti mill-forma tal-prodott – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Forma inkwistjoni li hija “varjant” tal-forom abitwali tat-tipi ta’ prodotti kkonċernati – Ċirkustanza li ma hijiex suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit il-karattru distintiv tat-trade mark

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punti 22-24)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv tas-sinjal – Trade mark komposta minn diversi elementi – Possibbiltà għall-awtorità kompetenti li twettaq eżami ta’ kull wieħed mill-elementi kostituttivi tat-trade mark – Neċessità ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-perċezzjoni globali tal-kombinazzjoni mill-pubbliku rilevanti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punt 25)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Settembru 2016 (Każ R 659/2016-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea tat-trade mark tridimensjonali magħmula mill-forma ta’ tazza kbira.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Erdinger Weißbräu Werner Brombach GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.