Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2023 – Dow Silicones et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-858/16 u T-867/16) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna implimentata mill-Belġju – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa – Deċiżjoni fiskali bil-quddiem (tax ruling) – Profitti taxxabbli – Eżenzjoni tal-profitti eċċessivi – Vantaġġ – Natura selettiva – Irkupru”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-858/16: Dow Silicones Corp., li kienet Dow Corning Corp. (Midland, Michigan, l-Istati Uniti), Dow Silicones Belgium, li kienet Dow Corning Europe (Seneffe, il-Belġju)

Rikorrent fil-Kawża T-867/16: Vinventions, li kienet Nomacorc (Thimister-Clermont, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams u L. Goossens, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal, B. Stromsky u F. Tomat, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699 tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju (ĠU 2016, L 260, p. 61).

Dispożittiv

Il-Kawżi T-858/16 u T-867/16 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Dow Silicones Corp. u Dow Silicones Belgium huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża T-858/16.

Vinventions hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni fil-Kawża T-867/16.

____________

1     ĠU C 46, 13.2.2017.