Language of document : ECLI:EU:T:2014:702





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 — H vs Il‑Kunsill et

(Kawża T‑271/10)

“Rikors għal annullament — Rikors għad-danni — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Espert nazzjonali sekondat mal-EUPM fil-Bosnja-Ħerzegovina — Deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Obbligu għall-Qorti Ġenerali li tiftaħ il-proċedura orali qabel ma tieħu deċiżjoni dwar eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Assenza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 114) (ara l-punti 25, 28)

2.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Rikors ippreżentat kontra atti adottati mill-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ ssekondar ta’ espert nazzjonali mal-imsemmija missjoni — Atti li jaqgħu taħt il-politika barranija u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni — Esklużjoni (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u Artikolu 40 TUE; it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK) (ara l-punti 34, 35)

3.                     Rikors għal annullament — Kwalità ta’ konvenut — Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea — Atti adottati mill-Kap ta’ din il-missjoni fil-kuntest ta’ ssekondar ta’ espert nazzjonali — Imputabbiltà lill-awtoritajiet nazzjonali — Inammissibbiltà tar-rikors — Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK, Artikoli 5(4), 6(2) u (5) u 8(2)) (ara l-punti 44-52)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għall-annullament, minn naħa waħda, tad-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2010, iffirmata mill-kap tal-persunal tal-EUPM, li permezz tagħha r-rikorrenti ġiet assenjata mill-ġdid għall-post ta’ “Criminal Justice Adviser — Prosecutor” mal-Uffiċċju Reġjonali ta’ Banja Luka (il-Bosnja-Ħerzegovina) u, min-naħa l-oħra, jekk ikun meħtieġ, tad-deċiżjoni tat-30 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-Missjoni msemmi fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK, tat-8 ta’ Diċembru 2009, dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH) (ĠU L 322, p. 22), li tikkonferma d-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2010, kif ukoll, it-tieni nett, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

H għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea.