Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2018 – H vs Il-Kunsill

(Kawża T-271/10 RENV) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Aġent nazzjonali kkollokat mal-EUPM fil-Bosnja-Ħerzegovina – Deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid – Kompetenza tal-Kap tal-EUPM li jiddeċiedi dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid ta’ aġent nazzjonali kkollokat – Obbligu ta’ motivazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Fastidju psikoloġiku”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: H (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u F. Naert, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-persunal tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina, li permezz tagħha r-rikorrenti ġiet assenjata mill-ġdid fil-pożizzjoni ta’ Criminal Justice Adviser Prosecutor mal-uffiċċju reġjonali ta’ Banja Luka (il-Bosnja-Ħerzegovina), u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tat-30 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-EUPM imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2009, dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (ĠU 2009, L 322, p. 22), li tikkonferma d-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2010, u, fit-tieni lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofriet

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

H hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 221, 14,8,2010.