Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2015 – Ricoh Belgium vs Il-Kunsill

(Kawża T-691/13) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi u għal provvisti – Proċedura għal sejħa għall-offerti – Apparat multifunzjoni iswed u abjad u servizzi ta’ manutenzjoni – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Trasparenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ricoh Belgium NV (Vilvorde, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Braeckevelt u A. De Visscher, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Vitsentzatos u K.  Michoel, aġenti, assistiti minn B. Van Vooren u J. Weytjens, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti sottomessa minnha fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għal offerti UCA 034/13, li tirrigwarda x-xiri jew il-kiri ta’ apparat multifunzjoni (MFP) iswed u abjad u servizzi ta’ manutenzjoni, fil-bini użat mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (ĠU 2013/S 83-138901), li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor.DispożittivId-deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2013 li tiċħad l-offerta sottomessa minn Ricoh Belgium NV fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti UCA 034/13, li tirrigwarda x-xiri jew il-kiri ta’ apparat multifunzjoni (MFP) iswed u abjad u servizzi ta’ manutenzjoni, fil-bini użat mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor, hija annullata f’dak li jirrigwarda l-lott Nru 4.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 52, 22.2.2014.