Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ġunju 2012 - Oro Clean Chemie vs UASI - Merz Pharma (PROSEPT)

(Kawża T-284/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Oro Clean Chemie AG (Fehraltorf, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Ekey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merz Pharma GmbH & Co. KGaA (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Marzu 2012 fil-Każ R 1053/2011-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "PROSEPT" għal prodotti fil-klassi 5 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 353 245

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Merz Pharma GmbH & Co. KGaA

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali "Pursept" għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 75(2) kif ukoll tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________