Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2024 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-495/21) 1

(“FAEG u FAEŻR – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Spejjeż magħmula minn Spanja – Korrezzjonijiet finanzjarji – Kontrolli prinċipali – Kontroverifiki u aġġornament tas-SIGPAC – Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014 – Artikoli 28 u 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontrolli fuq il-post – Korrezzjoni f’somma f’daqqa li tkopri l-lakuni kollha kkonstatati – Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014 – Linji Gwida dwar il-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: L. Aguilera Ruiz u A. Ballesteros Panizo, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina, F. Castilla Contreras u I. Galindo Martín, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Renju ta’ Spanja jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/988 tas-16 ta’ Ġunju 2021 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2021, L 218, p. 9), sa fejn tikkonċerna r-rimbors ta’ għajnuna diretta fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja u l-ispejjeż li huwa wettaq abbażi tal-għajnuna diretta diżakkoppjata li tikkonċerna l-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask (Spanja) għas-snin tat-talba 2016 sa 2018.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 401, 4.10.2021.