Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2013 – Jordi Nogues vs UASI - Grupo Osborne (BADTORO)
(Kawża T-350/13)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Jordi Nogues SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. R. Fernández Castellanos, M. J. Sanmartín Sanmartín u E. López Pares, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja)
Talbiet
tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ April 2013, fil-Każ R 1446/2012-2;
tordna lill UASI jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tar-rikorrenti
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “BADTORO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 34 u 35 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 565 581
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Grupo Osborne, SA
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva nazzjonali li fiha l-element verbali “TORO”, it-trade mark verbali nazzjonali “EL TORO” u tat-trade mark Komunitarja verbali “TORO”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 34 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Esklużjoni kompleta żbaljata tal-prinċipju ġenerali ta’ paragun, mingħajr raġuni valida