Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Ġunju 2012 - L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-37/11) 

["Rikors għal annullament - Strument temporanju intiż għall-finanzjament tal-azzjonijiet għall-fruntieri esterni ġodda tal-Unjoni għall-implementazzjoni tal-acquis ta' Schengen u l-kontroll tal-fruntieri (faċilità Schengen) - Kontribuzzjoni favur l-Ungerija għall-perijodu mill-2004 sal-2006 - Irkupru ta' parti mill-ammont imħallas - Att li jista' jiġi kkontestat - Inammissibbiltà"]

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: Z. Fehér, K. Szíjjártó u G. Koós, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u F. Coudert, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tan-nota ta' debitu Nru 3241011280 maħruġa mill-Kummissjoni fit-28 ta' Ottubru 2010, wara li ntbagħat ir-rapport finali lill-Ungerija dwar il-clearance tal-kontijiet tal-faċilità Schengen li tirrigwarda l-għajnuna mħallsa lill-Ungerija fil-perijodu mill-2004 sal-2006.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 95, 26.03.2011.