Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – Kyocera Mita Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-35/11) 1

(“Rikors għal annullament – Unjoni doganali – Tariffa Doganali Komuni – Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika – Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda – Subintestaturi tariffarji– Dazji doganali applikabbli għall-merkanzija kklassifikata f’dawn is-subintestaturi tariffarji – Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kyocera Mita Europe BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Keppenne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 284, p. 1).Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.2)    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa minn Konica Minolta Business Solutions Europe GmbH u Olivetti SpA.3)    Kyocera Mita Europe BV hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.