Language of document : ECLI:EU:T:2015:992





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2016 – Japan Airlines vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑36/11)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru – Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi fuq il-karburant u ta’ sovrataxxi fuq is-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) – Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera dwar it-trasport bl-ajru – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Eżami ex officio mill-qorti (Artikoli 263 u 296 TFUE) (ara l-punt 27)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur u li timponi multa – Rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Ċarezza u preċiżjoni tad-dispożittiv tad-deċiżjoni (Artikoli 101(1) u 296 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003 Artikoli 2 u 23(5)) (ara l-punti 30-34)

3.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Identifikazzjoni tal-ksur issanzjonat – Identifikazzjoni tal-persuni li jkunu s-suġġett tad-deċiżjoni – Prijorità tad-dispożittiv fil-konfront tal-motivazzjoni (Artikoli 101(1) u 296 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punt 35)

4.                     Akkordji – Projbizzjoni – Effett dirett – Dritt tal-individwi li jitolbu kumpens għad-dannu mġarrab – Modalitajiet ta’ eżerċizzju – Ksur li jkun is-suġġett tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni – Natura vinkolanti tad-deċiżjoni għall-qrati nazzjonali – Portata – Importanza taċ-ċarezza u tal-preċiżjoni tad-dispożittiv tad-deċiżjoni (Artikoli 101(1) u 296 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 2 u 16(1)) (ara l-punti 36-42)

5.                     Akkordji – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Impriżi li jistgħu jinstabu fi ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju globali – Kriterji – Għan uniku u pjan globali (Artikolu 101(1) TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 57, 62)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur u li timponi multa – Kontradizzjonijiet interni fid-deċiżjoni – Konsegwenzi – Annullament – Kundizzjonijiet – Ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-impriża ssanzjonata – Impossibbiltà għall-qorti tal-Unjoni li teżerċita l-istħarriġ tagħha (Artikoli 101(1) u 296 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)(ara l-punti 60, 77-79, 85, 86)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni – Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fil-mori tal-kawża – Inammissibbiltà (Artikoli 101(1) u 296 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 83, 84)

Suġġett

Talba intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti u fuq Japan Airline Corp.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), hija annullata, sa fejn issemmi lil Japan Airlines Co. Ltd u lil Japan Airline Corp.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Japan Airlines Co. Ltd.