Language of document :

Rikors ippreżentat fil-24 ta' Jannar 2011 - Kyocera Mita Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-35/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kyocera Mita Europe BV (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta' Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana 1 u b'mod partikolari s-subdiviżjonijiet introdotti taħt is-Sistema Armonizzata (iktar 'il quddiem is-"SA") subintestatura 8443 31 u r-rati ta' dazju korrispondenti, u

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq motivi li huma identiċi għal dawk imressqa mir-rikorrent fil-Kawża T-34/11, Canon Europa vs Il-Kummissjoni.

____________

1 - ĠU 2010 L 284, p.1