Language of document : ECLI:EU:T:2009:324





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Settembru 2009 – Lange Uhren vs UASI (Arranġamenti ġeometriċi fuq il‑wiċċ ta’ arloġġ tal-idejn)

(Kawża T-152/07)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva – Arranġamenti ġeometriċi fuq il-wiċċ ta’ arloġġ tal-idejn – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar‑Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv - Eċċezzjoni - Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (3)) (ara l-punti 77, 82, 87-92, 130-136, 142, 143)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Frar 2007 (Każ R 1176/2005-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta arranġamenti ġeometriċi fuq il-wiċċ ta’ arloġġ tal-idejn.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Lange Uhren GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva li tirrappreżenta arranġamenti ġeometriċi fuq il-wiċċ ta’ arloġġ tal-idejn, għal prodotti fil-klassi 14 – Applikazzjoni Nru 2542694

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lange Uhren GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.