Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Ġunju 2012 - Seven Towns vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' seba' kwadri ta' kuluri differenti)

(Kawża T-293/10) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tirrappreżenta seba' kwadri ta' kuluri differenti - Sinjal li jista' jikkostitwixxi trade mark Komunitarja - Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Seven Towns Ltd (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: E. Schäfer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta' April 2010 (Każ R 1475/2009-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' sinjal li jirrappreżenta seba' kwadri ta' kuluri differenti bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 260, 25. 09. 2010