Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Lulju 2010 - Seven Towns Ltd vs UASI

(Kawża T-293/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Seven Towns Ltd (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: E. Schäfer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' April 2010 fil-Każ R 1475/2009-1, sa fejn l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5650817 ġiet miċħuda;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti għal rappreżentazzjoni legali.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : trade mark per se kkulurita deskritta bħala li għandha "sitt uċuħ irranġati b'mod ġeometriku fi tliet pari ta' uċuħ paralleli, fejn kull par huwa irranġat b'mod perpendikulari maż-żewġ pari l-oħra kkaratterizzata permezz ta' (1) kull żewġ uċuħ ħdejn xulxin għandhom kuluri differenti u (ii) kull wiċċ għandu struttura ta' grilja fformata permezz ta' borduri suwed li jaqsmu l-wiċċ f'disa' oqsma tal-istess daqs". Il-kuluri indikati kienu aħmar (PMS 200C); aħdar (PMS 347C); blu (PMS 293C); oranġjo (PMS 021C); isfar (PMS 012C); abjad u iswed għal prodotti fil-klassi 28 - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 5650817

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 5650817 miċħuda

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tressaq żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Fuq il-bażi tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ta' dritt għal smigħ xieraq billi tikser l-Artikoli 80(1) u 80(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 53(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, peress li l-Bord tal-Appell eżamina l-mertu tad-deċiżjoni b'mod żbaljat.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt tagħha għal proċess ekwu billi tikser l-Artikolu 64(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq argument kompletament ġdid mingħajr ma stieden lir-rikorrenti sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha.

____________