Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2020 – Sabo et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-141/19) 1

(“Rikors għal annullament – Ambjent – Enerġija – Direttiva (UE) 2018/200 – Inklużjoni tal-bijomassa mill-foresti fost is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Peter Sabo (Tulčik, is-Slovakkja) u d-disa’ rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher anness mad-digriet (rappreżentanti: R. Smith,  A. Dews, C. Day, solicitors, u D. Wolfe, QC, P. Lockley u B. Mitchell, barristers)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. McDowell, C. Ionescu Dima u A. Tamás, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lo Monaco u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU 2018, L 328, p. 82), en sa fejn din tinkludi l-bijomassa mill-foresti fost is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ma hemmx lok li tittieħed deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mill-Kummissjoni, minn U. S. Industrial Pellet Association, minn Stichting Dutch Biomass Certification u minn Stichting RBCN (Rotterdam Biomass Commodities Network).

Peter Sabo u l-partijiet l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk esposti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni, U. S. Industrial Pellet Association, Stichting Dutch Biomass Certification u Stichting RBCN (Rotterdam Biomass Commodities Network) għandhom ibatu kull waħda l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talbiet għal intervent.

____________

1     ĠU C 148, 29.4.2019.