Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2023 – deluxe holding vs EUIPO – Piffany Copenhagen (Xemgħat tal-elettriku)
(Kawża T-1158/23)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: deluxe holding ApS (Kolding, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Løje, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Piffany Copenhagen ApS (Helsinge, id-Danimarka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Komunità Nru 7 745 252-0001 (Xemgħat tal-elettriku)
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 810/2022-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Bord tal-Appell;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;
Ksur tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;
Dikjarazzjoni żbaljata ta’ fatti magħrufa sewwa;
Ksur tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.
____________