Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Lulju 2012 - Vermop Salmon vs UASI - Leifheit (Clean Twist)

(Kawża T-61/11) 

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Clean Twist - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti TWIX u TWIXTER - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vermop Salmon GmbH (Gilching, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. von der Osten-Sacken, M. Ring u O. Sude, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Leifheit AG (Nassau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u V. Töbelmann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta' Novembru 2010 (Każ R 671/2010-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Vermop Salmon GmbH u Leifheit AG.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Vermop Salmon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 89, 19.03.2011.