Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Jannar 2011 - Vermop Salmon vs UASI - Leifheit (Clean Twist)

(Kawża T-61/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vermop Salmon GmbH (Gilching, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. von der Osten-Sacken, O. Sude u M. Ring, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Leifheit AG (Nassau, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta' Novembru 2010, fil-Każ R 671/2010-1;

tannulla t-trade mark Komunitarja Nru°4892642 "Clean Twist";

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ibati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mir-rikorrenti;

fil-każ li Leifheit AG tipparteċipa fil-proċedura bħala intervenjenti, tikkundannaha tbati l-ispejjeż tagħha.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "Clean Twist" għal prodotti li jaqgħu fil-klassi 21

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Leifheit AG

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: trade marks verbali preċedenti "TWIX" u "TWIXTER" għal prodotti li jaqgħu fil-klassijiet 9, 12, 21, 22 u 25; ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 53(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 53(1)(a) tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, inkwantu hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. ).