Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2014 – Klar u Fernandez Fernandez vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-114/13) 1

(Servizz pubbliku – Kumitat tal-Persunal tal-Kummissjoni – Kumitat Ċentrali – Nomina tal-membri tat-taqsima lokali tal-Lussemburgu għall-Kumitat Ċentrali tal-Persunal – Revoka mit-taqsima lokali ta’ wieħed mill-membri sħaħ tagħha fil-Kumitat Ċentrali – Rifjut tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrikonoxxi l-legalità tad-deċiżjoni ta’ revoka – Interess ġuridiku – Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża – Tardività tal-ilment – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Robert Klar (Grevenmacher, il-Lussemburgu) u Francisco Fernandez Fernandez (Steinsel, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrifjuta li tirrikonoxxi l-legalità tad-deċiżjoni tal-kumitat lokali tal-persunal tal-Lussemburgu li tirrevoka l-mandat fdat lil mandatarju sabiex jirrappreżentah fi ħdan il-Kumitat Ċentrali tal-Persunal tal-Kummissjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.R. Klar u F. Fernandez Fernandez għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u

huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

____________

1 ĠU C 52, 22.0

2.2014,