Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 - Lego Juris vs UASI - Mega Brands (Brikk tal-Lego ħamra)

(Kawża T-270/06)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Brikk tal-Lego ħamra - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal li jikkonsisti esklużivament minn forma ta' merkanzija li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Offerti ta' provi")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lego Juris (Billund, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck u T. Dolde, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Mega Brands, Inc. (Montreal, il-Kanada) (rappreżentanti: P. Cappuyns u C. De Meyer, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord Superjuri tal-Appell tal-UASI tal-10 ta' Lulju 2006 (Każ R 856/2004-G), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Mega Brand, Inc. u Lego Juris A/S.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Lego Juris A/S hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 294, 2.12.2006.