Language of document : ECLI:EU:T:2008:334





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-272/06)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura Komunitarja ta’ sejħa għal offerti – Rifjut ta’ offerta – Kriterji għall-għażla u għall-għoti tal-kuntratt – Obbligu ta’ motivazzjoni”

Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Obbligu ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2)) (ara l-punti 41-44)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Lulju 2006, li permezz tagħha ġiet irrifjutata l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti li saret fil-5 ta’ Lulju 2005, dwar il-provvista ta’ servizzi intiżi li jiżguraw il-manutenzjoni, l-iżvilupp u s-sostenn ta’ applikazzjonijiet tal-kompjuter, u li l-kuntratt ingħata lill-offerent magħżul.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li rrifjutat l-offerta magħmula minn Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, kif innotifikata lilha b’ittra tal-20 ta’ Lulju 2006, hija annullata.

2)

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kkundannata għall-ispejjeż.