Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Marzu 2022 – MO vs SM bħala amministratur tal-insolvenza tal-assi ta’ G GmbH

(Kawża C-134/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MO

Konvenut: SM bħala amministratur tal-insolvenza tal-assi ta’ G GmbH

Domanda preliminari

Liema huwa l-għan tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi 1 , li jgħid li l-persuna li timpjega għandha tibgħat lill-awtorità pubblika kompetenti kopja mill-inqas tal-elementi tan-notifika bil-miktub lir-rappreżentanti tal-ħaddiema previsti fil-punti (i) sa (v) tal-punt b tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(3)?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327.